Raġel bla dar li seraq mobile ġie kkundannat 16-il xahar ħabs. Il-Qorti semgħet kif Abdulnasir Mohammed Abdulahi ta’ 28 sena mis-Somalja, seraq mobile minn sid ta’ stabbiliment tal-ikel fil-Ħamrun wara li aljena lill-istess sid. Fl-istess ħin kien akkużat b’serqa aggravat u li huwa riċediv.
Il-Qorti semgħet ukoll li r-raġel m’għandux dar u jorqod barra, u li m’għandux impjieg. Huwa qal li seraq il-mobile biex ikun jista’ jbiegħu u jixtri x’jiekol minn dawk il-flus. Aktar tard huwa wieġeb ħati tal-akkużi miġjuba kontrih.
Il-Qorti kkundannatu 16-il xahar ħabs.