Johann Xerri mill-Belt Valletta ammetta li seraq ġiżirana li tiswa’ mas-sitt mitt ewro minn għonq anżjana ta’ 82 sena fil-Birgu.
Din mhijiex l-ewwel darba li Xerri, li għandu 32 sena, xellef difrejh mal-qorti, tant li ammetta wkoll li kien reċidiv.
Quddiem il-Maġistrat Francesco Depasquale l-akkużat stqarr li seraq biex isostni l-vizzju tad-droga għax kien midjun.
Wara li kkunsidrat is-sitwazzjoni ta’ Xerri l-qorti tagħtu sentenza ħabs ta’ tmintax-il xaħar filwaqt li ordnatlu jibda programm ta’ rijabilitazzjoni.