Raġel ta’ 37 sena li jbati mill-problema tad-droga ngħata l-aħħar ċans biex jirriforma ruħu wara li l-Qorti tagħtu ordni ta’ probation għal tliet snin wara li ammetta akkużi fuq erbgħa serqiet relatati ma’ serq ta’ fondi tal-karità.
Jason Gatt ittella’ l–Qorti akkużat b’serq minn ebrgħa ħwienet f’Raħal Ġdid, il-Fgura u Ħal-Tarxien, u minn dawn il-ħwienet seraq il-bottijiet ta’ flus li kienu ndirzatti lill-Malta Community Chest Fund u l-fondazzjoni San Pietru.
Meta kien arrestat ir-ragel kellu fuqu sikkina żgħira li tintuża biex jiftaħ is-siġill tal-bottijiet.
Ir-raġel ammetta l-akkużi miġjuba kontrih u wera d-determinazzjoni tiegħu biex jegħleb din il-problema tad-droga, bil-Maġistrat tagħti ordni ta’ probation flimkien ma servizz ta’ psikjatra sabiex jassistih waqt il-perjodu ta’ rijabilitazzjoni