Raġel Portugiż ta’ 58 sena ingħata sentenza sospiża ta’ ħabs wara li ammetta li seraq ramm b’valur ta’ iktar minn €5000 minn scrapyard fil-Kalkara.
Kien akkużat ukoll b’attentat ta’ serq u li weġġa’ ħafif lil waħda mis-sidien tal-iscrapyard.
Ir-raġel intlemaħ il-Ħadd wara nofsinhar waqt li kien qed jipprova jaħrab bil-metall meta l-vittma affrontatu biex tipprova twaqqfu, iżda qalgħet daqqa mill-Portugiż qabel ma ħarab.
Permezz tal-lingwa Taljana, il-Portugiż ammetta l-akkużi miġjuba kontrih u ingħata sentenza ta’ sentejn ħabs sospiża għal erba snin.