Raġel mhux magħruf seraq €500 minn ħanut tal-merċa f’Ħal-Qormi wara li hedded kaxxiera li fuqhu kellu bomba. Il-każ seħħ għall-ħabta tat-20:00 fi Triq it-Tin f’Ħal Qormi. Immedjatament fuq il-post waslu numru ta’ Pulizija tar-Rapid Intervention Unit li bdew bi tfittxija għall-persuna.
L-investigazzjonijiet qed jitmexxew mill-Pulizija ta’ Ħal-Qormi filwaqt li dwar dan il-każ inħatret inkjesta mmexxija mill-Maġistrat Claire Stafrace Zammit.
Ritratti: Francesco Borg