Ser tkun qed tiġi adottata sistema ġdida ta’ kif ikunu kkalkulati l-kontijiet tad-dawl u l-ilma sabiex issa tkun tista’ ġġemma’ l-units irħas biex tużahom meta tikkonsma iżjed.
Fid-diskors tal-Budget, il-Ministru għall-Finanzi Clyde Caruana stqarr li l-Gvern mhux qed jgħaġġel bir-riskju li jolqot faxxa ta’ konsumaturi b’mod negattiv.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Spjega iżda li permezz ta’ din is-sistema l-Gvern ser ikun qed jippromovi konsum bil-għaqal skont il-pjan nazzjonali għad-dekarbonizazzjoni.
Huwa temm jgħid li b’din is-sistema l-konsumatur mhux ser jaffaċċja xi kont sorpriża fl-aħħar tas-sena, mhux ser ikun hemm telf fil-Feed-In Tariff u fuq kollox, ħadd mhu se jkun qed jitlef mill-Eco-reduction.