F’Raħal Ġdid il-Milied huwa ċċelebrat b’tiżjin u armar fit-toroq, fil-każini kif ukoll fid-djar u l-attività ‘Milied f’Casal Paola’ li tkun il-qofol ta’ dawn l-attivitajiet kollha.
Il–ħdax il-edizzjoni ta’ ‘Milied f’Casal Paola 2017’ din is-sena ser issir nhar is-Sibt 16 ta’ Diċembru 2017. Fost l-attivitajiet li ħa jseħħu, ħa jkun hemm numru ta’ wirjiet, kunċert tal-Milied, serata mużikali bis-sehem ta’ artisti stabbiliti.
B’atmosfera mill-isbaħ din l-attività ser ssir proprju fil-pjazza tar-raħal u f’numru ta’ toroq oħra prinċipali fil-madwar. L-attivita qed tiġi organizzata mis-Soċjeta’ De Paule u l-Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid flimkien mas–Segretarjat Parlamentari għall–Gvern Lokali kif ukoll bis-sehem ta’ diversi għaqdiet u gruppi lokali. L-attivitajiet jibdew mill-4.30pm ta’ filgħaxija ‘il quddiem.