Il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna ħabbar politika nazzjonali għall-kultura sal-aħħar tas-sena 2020 li ser tirrifletti l-aspirazzjonijiet ta’ pajjiżna f’dan il-qasam.Ser jiġġeddu inizzjattivi fil-qasam ta’ Wirt Dinji u ser ikompli jitwettaq il-proġett li jwassal għall-Inventarju Nazzjonali tal-Patrimonju b’mod xjentifiku u aġġornat.
Ser jibda wkoll l-iskavar arkeoloġiku biex jiġu salvati l-fdalijiet tat-tempju neolitiku ta’ Xrobb l-Għaġin filwaqt li jkompli jiġi sostnut it-twaqqif tal-Uni tal-Wirt Kulturali ta’ taħt il-Baħar.
Apparti minn hekk, bosta binjiet ta’ importanza nazzjonali, bħal Cottonera Lines u Forti Rikażoli ser isir xogħol ta’ restawr fuqhom.