Il-budget għas-sena d-dieħla jinkludi fih tkabbir fil-faxxa ta’ nies li ser ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-in-work benefit. Dan wara li dan il-benefiċċju kien introdott lura fil-budget tal-2015 u għen sabiex pajjiżna jaqbeż il-medja tal-Unjoni Ewropea fir-rata ta’ parteċipazzjoni fid-dinja tax-xogħol fl-2018. Dan filwaqt li tnaqqset bin-nofs id-dipendenza fuq il-benefiċċji soċjali u aktar nies qed jagħrfu li jaqblilhom jaħdmu.
Fil-budget għas-sena d-dieħla dan il-benefiċċju kompla jissaħħaħ hekk kif filwaqt li qabel kienu dawk il-koppji li jaqilgħu inqas minn €26,000 li jibbenefikaw, issa dan it-threshold ser jiżdied għal €35,000. It-threshold għas-single parents ukoll ser jiżdied minn €18,200 għal €23,000. Dan filwaqt li għal koppji fejn ġenitur wieħed biss jaħdem it-threshold ta’ €22,000 ser jitla’ għal €26,000.
Dan ifisser li l-Gvern ser ikun qed itejjeb id-dħul ta’ 4,500 familja oħra.