L-iskola Primarja f’Ta’ Sannat, f’Għawdex ser tagħmel realtà il-ħolma ta’ bini ta’ pixxina sensory-hydrotherapy permezz ta’ investiment ta’ tmien miljun ewro.
Il-pixxina ġiet iddisinjata b’tali mod li ser ikollha temperatura adattata u bi dwal u ħsejjes kontrollati fost oħrajn.
Dan filwaqt li biswit il-pixxina ser ikun hemm kamra għall-ewwel għajnuna flimkien ma’ diversi faċilitajiet oħra.
B’hekk ser jgawdu dawk it-tfal u studenti li għandhom ħtiġijiet speċjalizzati fl-iskola tagħhom stess.
Il-proġett ser ikun fdat f’idejn il-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada u ser jgħin lill-istudenti jiżvluppaw il-potenzjal tagħhom.
Qalet, “Tagħmel available għal dawn it-tfal l-aħjar mezzi terapewtiċi u edukattivi għalihom ħalli huma jiżviluppaw il-potenzjal tagħhom.”
Il-pixxina mhux biss ser tkun t’għajnuna għall-istudenti waqt il-ħin tal-iskola iżda din ser ikun aċċessibbli għall-komunità.
Spjega, “Ħa jkun hemm aċċess indipendenti u separat għal ġewwa l-pixxina u għalhekk tkun tista’ tintuża mill-komunità.”
Il-Ministru għall-Edukazzjoni Justyne Caruana spjegat kif dan il-proġett ser iħaddan miegħu l-prinċipju tal-inklużjoni.
Qalet, “Dan il-proġett illi ħa jkun mhux biss ta’ sosten għal dawn l-istudenti mhux ta’ din l-iskola biss imma għall-istudenti kollha t’Għawdex, għall-ġenituri tagħhom però wkoll qed narawh proġett għall-komunità u allura huwa proġett illi minnu se jibbenefika kull persuna, kull individwu li għandu sfidi ta’ mobilità, sfidi sensorjali, sfidi ta’ diżabilità intelletwali fejn hawnhekk appuntu se jkun jieħu t-terapija.”