Anġli moħbija hija kanzunetta ġdida ddedikata apposta għal dan iż-żmien ta’ pandemija.
F’din il-kanzunetta miktuba mill-Arċipriet tax-Xagħra Għawdex Carmelo Refalo u l-kompożitur Philip Vella, qed twassal messaġġ ta’ kuraġġ lill-poplu Malti u Għawdxi.
Bil-lirika “nieħdu ħsieb xulxin, aħwa Maltin u Għawdxin”, din il-kanzunetta qed tirringrazzja wkoll lill-voluntiera, infermiera u tobba kollha.
Il-Kanzunetta tkompli twassal messaġġ ta’ tama bil-kliem, “għada jisbaħ jum ġdid u tieqaf it-tempesta.”
Isma’ il-kanzunetta kollha: