“Għadek ma tafx kemm diġa’ qed inħoss in-nuqqas tiegħek. Għadni ma nistax nemmen. Se nibqa’ nħobbok għal dejjem sabiħa.” Dan kien il-messaġġ ta’ Gian Carlo Ellul, l-għarus ta’ Christa Formosa li tilfet ħajjitha kmieni dalgħodu wara inċident f’Burmarrad.
Kienu bosta li wrew id-dispjaċir tagħhom wara din it-telfa, fosthom ħuha li qasam ritratt ta’ tfulithom fuq il-paġna ta’ Facebook.