Ġie mħabbar li l-ispettaklu finali ta’ Miss World jiġi pospost. Ir-rappreżentanta Maltija, il-mudella Naomi Dingli qalet li tinsab b’qalbha maqsuma, diżappuntata u mdejqa għal din l-aħbar.
Wara li nstabu każi pożittivi għall-Covid19 fost xi mudelli, l-organiżżaturi preferew li jipposponu dan ix-xow internazzjonali.
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2021/12/17075105/NAOMI_DINGLI_3-821x1024.jpg)
”Jien għamilt it-test u ħriġt negattiva. Il-Ġimgħa 17 ta’ Diċembru, nibda triqti lura Malta flok imxejt fuq dak il-palk prestiġjuż kif xtaqt, u kienet il-ħolma tiegħi li nagħmel lil Malta kburija. Ma kellux ikun, Alla għandu toroq differenti għalija, nassumi!”
Naomi Dingli, Miss World Malta
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2021/12/17075302/NAOMI_DINGLI_1-819x1024.jpg)
Il-mudella rringrazzjat lil dawk kollha li appoġjawha tul din l-esperjenza, b’mod partikolari lill-organiżżaturi lokali; Sue Rossi u Cluadia Calleja filwaqt li saħqet li din kienet esperjenza li m’hi ser tinsa’ qatt, awgurat fejqan ta’ malajr lil dawk il-mudelli li issa saru sħabha u ġew pożittivi għall-Covid19