Il-Prim Ministru u mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat indirizza attività politika fis-Siġġiewi.
Quddiem sala mimlija li laqgħetu b’entużjajżmu, Dr. Muscat tkellem fuq l-avvanz li sar fil-ħajja tal-persuni b’ diżabbilità. Semma l-liġi li biha kumpanija jrid ikollha persentaġġ ta’ ħaddiema b’ diżabbilità. Iżda ma waqafx hemm.
Ħabbar li se jiżdied il-benefiċċju għal dawk li ma jistgħux jaħdmu minħabba l-kundizzjoni tagħhom. Benefiċċju li fi kliem il-Prim Ministru għandu daqs il-paga minima.
Il-mexxej Laburista tkellem ukoll fuq il-pensjonanti. Hawnhekk semma li fir-raba sejħa ta’ bonds għall-istess pensjonati, kien hemm applikazzjonijiet li ammontaw għal iktar minn mitt miljun.
Fi kliem il-Prim Ministru dan juri l-fiduċja li hawn fil-gvern tal-ġurnata. Hawnhekk fakkar ukoll li dawn il-bonds qed jagħtu €125 fis-sena lil kull anzjan, apparti ż-żieda fil-pensjoni.
Saħaq li dan kollu possibbli grazzi għall-ekonomija b’ saħħitha li għandna u għaldaqstant irrimarka li din se tibqa’ l -prijorità numru wieħed. Li jkollna ekonomija b’ saħħitha għal kwalità ta’ ħajja aħjar lil Maltin.