Hashem Abedi, ġuvni ta’ 20 sena li jiġi ħu Salman Ramadan Abedi li kien sploda lilu nnifsu waqt kunċert ta’ Ariana Grande f’Mejju li għadda, ser jitressaq quddiem il-Qorti Libjana bis-suspett li għen lil ħuh fl-attakk.
Hashem Abedi għandu jittella’ l-Qorti fix-xhur li ġejjin u membri oħra tal-familja qegħdin fil-kustodja tal-puluzija sabiex jiġu interrogati wara li allegatament għenu lil Salam jixtri l-elementi għall-bomba.
Missierhom, Ramadan li kien arrestat, ġie meħlus wara li l-awtoritajiet kkonkludew li m’hemmx evidenza konkreta kontrih.
Awtoritajiet Libjani għaddew lista ta’ ismijiet lill-puluzija Ingliża li huma jaħsbu għandhom jiġu interrogati. Dan mhux neċessarjament ifisser li huma suspettati iżda jistgħu jipprovdu informazzjoni utli.