Fl-okkażjoni tat-tielet deċenju mit-twaqqif tas-Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa, din l-istess soċjetà ser ittella’ attività nhar is-Sibt 24 ta’ Lulju fil-Katidral Metropolitan ta’ San Pawl fl-Imdina.
II-Premiere tal-Oratorju Mużikali Sagru u Korali ‘Divo Petro’ ser jittella’ taħt il-Patroċinju Distint tal-E.T. il-President ta’ Malta u s-Sinjura Vella u ġie kkummissjonat lis-Surmast Ray Sciberras fuq versi tal-Poeta Sebastian Saliba, b’riċerka u b’referenza bibblika ta’ John Saliba.
Il-Banda Birżebbuġa se tkun taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur tagħha Mro Michael Bugelli li wkoll qed jiċċelebra t-tletin sena tiegħu fit-tmexxija tal-banda.
Biljetti jinkisbu billi wieħed jagħmel kuntatt mas-Segretarju Eżekuttiv is-Sur Henry Bonnici fuq 79470804 jew billi wieħed jibgħat messaġġ fuq il-paġna uffiċjali ta’ Facebook tas-Soċjetà.
Il-biljetti huma limitati u jingħataw biss lil dawk li huma vaċċinati b’mod sħiħ kontra l-Covid-19 u li għandhom iċ-ċertifikat tal-vaċċinazzjoni, liema ċertifikat se jiġi mitlub fid-dħul fil-Katidral.