Il-kumpanija taċ-ċikkulata Dairy ġewwa l-Ingliterra ser tneħħi l-kliem minn fuq il-karta taċ-ċikkulata imma għal raġuni valida.
Il-kumpanija ser tneħħi l-kliem u d-deskrizzjoni li normalment insibu fuq il-karta sabiex tqajjem għarfien dwar is-solitudni fost l-anzjani. Il-karta taċ-ċikkulata ser tkun qed tidher kompletament vojta għajr il-logo sinonimu magħha u l-kulur klassiku tagħha.
L-idea wara dan kollu hija sabiex meta wieħed jixtriha jkun qed jgħin aktar minn 225,000 persuna anzjana li jgħaddu ġimgħat sħaħ bla komunikazzjoni ma ħadd. Għal kull ċikkulata li tinbiegħ ser tingħata donazzjoni lill-għaqda Charity Age UK.
Fid-dawl ta’ dan, il-kumpanija ser tkun qed tgħin sabiex tinkoraġġixxi aktar nies sabiex jkunu hemm għal anzjani fil-komunita’ tagħhom.
Fid-dawl ta’ bidliet soċjali u demografiċi li qed iseħħu u filwaqt li nirrikonoxxu l-isforzi tal-gvernijiet u l-ħidma sfieqa ta’ għaqdiet bħal Caritas, ta’ min nsemmu li s-solitudni fl-anzjani hija problema globali.
Sal-2016, skond il-Kummissjoni Ewropea, kienet indikat li hawn 162 miljun anzjan, li 65 miljun minnhom ibatu mis-solitudni. Dan l-istess studju juri li anzjani waħedhom huma f’riskju aktar ta’ problemi dik ta’ saħħa fiżika u dik mentali.