Il-Ministru Edward Scicluna ħabbar li ser jissaħħaħ l-Asset Recovery Bureau sabiex ikollna sistemi moderni li jiffaċilitaw l-identifikazzjoni tal-assi kriminali kif ukoll l-iffriżar u trasferiment tagħhom, filwaqt li l-valur ta’ dawn l-assi kriminali jiġi ttrasferit favur il-Gvern.
Il-Ministru ħabbar ukoll li ser jibda x-xogħol fuq il-bini ta’ binja speċjalizzata li tkun mgħammra bl-aħħar teknoloġija biex tospita laboratorju ta’ traċċar ta’ assi u spazju adegwat għall-preservazzjoni ta’ assi kkonfiskati.