Transport Malta ser tibni l-aħħar ħajt mal-ġenb tal-flyover tal-Kappara minn għada filgħodu.
Għal raġunijiet ta’ sigurta’, l-Awtorita’ ser timmodifika l-immaniġjar tat-traffiku fi Triq Reġjonali direzzjoni lejn San Ġiljan. Hawnhekk, it-traffiku lejn San Ġiljan ser jgħaddi minn karreġġjata waħda. It-traffiku minn Triq Bella Vista San Ġwann ser jgħaddi minn Triq il-Ħuttaf il-Kappara. It-trakkijiet u vetturi kbar ser jgħaddu minn Triq Birkirkara San Ġwann.
Is-sewwieqa huma mitluba jgħaddu minn toroq alternattivi, isuqu b’attenzjoni u jsegu s-sinjali tat-traffiku. Infakkru li din iż-żona hija sit ta’ kostruzzjoni bil-limitu ta’ veloċita’ ta’ 30 Km/h