Il-Knisja f’Malta tifraħ filwaqt li tirringrazzja lil Alla għall-ordinazzjoni ta’ disa’ saċerdoti.
L-ordinazzjoni presbiterali ta’ dawn iż-żgħażagħ: żewġ djakni djoċesani u seba’ reliġjużi ser issir nhar is-Sibt, 7 ta’ April 2018, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, fid-9:15 a.m. Id-disa’ djakni li ser jiġu ordnati saċerdoti mill-Arċisqof Charles J. Scicluna. Dawn huma:
Fra Alan Joseph Adami tal-Ordni tal-Predikaturi,
Fra Jethro Bajada tal-Ordni tal-Aħwa Minuri Kapuċċini,
Rev. Anton D’Amato mill-Parroċċa ta’ Santa Katerina Verġni u Martri, iż-Żurrieq,
Rev. Bernard Micallef mill-Parroċċa ta’ Marija Annunzjata, Ħal Tarxien,
Rev. Kenneth Micallef, Salesjan ta’ Dun Bosco,
Fra Kurt Mizzi tal-Ordni Karmelitan,
Fra Elmar Pace tal-Ordni tal-Aħwa Minuri Kapuċċini,
Rev. Giovann Tabone tas-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl u
Rev. Alex Zammit tas-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl.
Kulħadd huwa mistieden biex jattendi għaċ-ċelebrazzjoni tal-ordinazzjoni presbiterali u biex jitlob għal aktar vokazzjonijiet u għall-qdusija tas-saċerdoti, speċjalment għal dawk li ser jiġu ordnati saċerdoti nhar is-Sibt li ġej.