Fil-ġimgħat li ġejjin fl-iskola primarja ta’ Raħal Ġdid ser jiġu insatallati pompi robusti u ġodda tal-ilma.
Dan wara li l-pressa tal-ilma fl-iskola ma kinitx b’saħħitha bil-konsegwenza li t-toilets ma setgħux jintużaw.
Fi stqarrija l-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol stqarr li għalissa din is-sitwazzjoni ġiet indirizzata temporanjament billi mtlew it-tankijiet biex b’hekk jintużaw it-toilets.
Intqal li l-union tal-għalliema hija infurmata bil-proċess kollu.