L-imħallef Michael Mallia ingħata s-setgħa mill-Qorti sabiex jeżamina l-messaġġi ta’ Whatsapp kif ukoll il-laptop tal-blogger Daphne Caruana Galizia.
Il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit f’digriet ċaħdet it-talba tad-difiża sabiex tiġi eżaminata s-sit kollha tal-ġurnalista sabiex jiġi stabilit jekk kienx hemm messaġġi ta’ theddid- b’din tal-aħħar, il-Qorti qalet li s-sit hija pubblika u li diġa kienet fil-proċess tal-każ.