Fid-diskors tal-Budget il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna ħabbar li ser jibda x-xogħol fuq tliet ferry landing sites oħra.
It-Taqsima tal-infrastruttura marittima fi ħdan infrastruttura Malta ser tkun qed taħdem sabiex timmodernizza sitt siti oħra simili għall-proġett tal-ferry landing site ta’ Marsamxett. Proġett b’investiment ta’ €200,000 u issa tlestiet l-ewwel fażi ta’ dan il-proġett.
Dan filwaqt li ser jitlesta l-proġett ta’ titjib tal-faċilitajiet tas-sajjieda fil-port tal-Imġarr Għawdex flimkien mat-tkomplija tal-bini tal-breakwater tal-Qrejten fil-bajja ta’ Marsaxlokk.