Ser jerġgħu ikunu offruti l-iskemi għall-installazjoni ta’ pannelli tax-xemx u batteriji għall-ħażna tal-enerġija rinovabbli, heat pump water heaters u solar water heaters u r-restawrazzjoni ta’ bjar fi djar antiki.
Il-Ministru Clyde Caruana spjega kif ser ikunu allokati 8MW bħala skeda ta’ Feed In Tariff għal fotovoltajiċi ta’ inqas minn 40kWp għad-djar, filwaqt li ser ikomplu jiġu estiżi l-iskemi tal-Feed In Tarrif għad-djar residenzjali fuq 20 sena.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Spjega wkoll kif ġew allokati total ta’ 16.5MW għal sistemi ta’ enerġija rinovabbli medji sa kbar, li l-ġenerazzjoni tagħhom hija ekwivalenti għal 6,050 dar f’sena waħda. Dan minbarra l-allokazzjoni għall-proġetti fuq skala massiva lil hinn minn 1MW.