L-Uffiċċju tal-Liċenzji u l-Ittestjar ta’ Transport Malta, f’Għawdex se jerġa’ jinfetaħ għall-pubbliku.
Dan l-uffiċċju kien ingħalaq temporanjament bħala miżura kontra tixrid tal-COVID-19.
Dan l-uffiċċju se jkun miftuħ mis-08:00am sas-01:00pm.
Intant, fi stqarrija Transport Malta qalet li se tibqa’ tieħu l-prekawzjonijiet kollha neċessarji sabiex is-saħħa tal-pubbliku tkun imħarsa.