‘Separated’. Dan huwa isem it-tielet produzzjoni li nħadmet f’pajjiżna għal din is-sena. B’nefqa ta’ madwar €1.7 miljun din il-koproduzzjoni Taljana u Maltija, li fiha jaħdmu disgħin persuna, inħaddmet f’diversi lokalitajiet f’Malta, fosthom f’San Pawl il-Baħar, Mellieħa u Sliema.
Il-Kummissarju tal-Films Johann Grech qal li anke fi zmien pandemija, din l-industrija baqgħet taħdem.
Huwa qal, “Għal darba oħra qed nuru li Malta qed tkompli tattira produzzjonijiet minn pajjiżi differenti tad-dinja u għal darb’oħra qed naraw in-nies fl-industrija ikomplu jaħdmu.”
Id-Direttur Alessandro Capone spjega kif din hija produzzjoni komika li fiha l-karattri se jgħixu l-ħajja tipika Maltija. Dan għall-kuntrarju ta’ produzzjonijiet oħra li użaw lil pajjiżna għax-xenarju tagħha iżda fl-istorja jkunu wrewha bħala pajjiż ieħor.
Huwa tenna: “We choose to shoot in Malta and declare that we are in Malta, because many full movies have been shooting in this country but they use another different… you know… like locations. We declare that we are in Malta, people live in Malta, so we use the reality of Malta as the backround of the comedy.”
Il-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo stqarr kif l-impenn tal-Gvern huwa li jkompli jsaħħaħ din l-industrija.
Huwa sostna: “L-impenn tal-Gvern huwa wieħed ċar, dik li nkomplu nsaħħu din l-industrija hekk importanti u reżiljenti għall-pajjiżna. Qed naraw li nsaħħuha billi nkomplu ntejbu l-mekkaniżmu tal-‘cash rebate u fl-istess waqt ninvestu iżjed fl-infrastruttura billi ninvestu f’żewġ soundstages ġodda għall-pajjiżna.”