Żewġ nisa waħda mill-Kolombja u oħra mill-Veneżwela ngħataw sentenza ta’ sitt xhur ħabs sospiżi għal erba’ snin wara li wieġbu ħatja fuq akkużi b’żamma ta’ burdell.
Fil-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Gabriella Vella, il-Prosekuzzjoni spjegat kif waslet għal dan il-burdell, propju meta waħda mit-tfajliet kienet qed tħossha ħażin u talbet għall-għajnuna.
Meta l-Pulizija waslu fuq il-post raw kif it-tfajla kienet xurbana u minn hemmek wasslu lit-tfalja fl-appartament li indikatilhom, fejn fih kien hemm ukoll it-tfajla l-oħra.
L-Ispettur Joseph Busuttil spjega kif dakhinar, il-pulizija nnutat li l-kmamar tas-sodda fl-appartament tal-akkużati kienu qed jintużaw għal attivita sesswali.
Kien hawn li saret investigazzjoni fuq il-mobiles tan-nisa u nstab li kienu qed jirċievu flus b’rabta ma’ favuri sesswali.
Iż-żewġ tfajliet kellhom il-visa skaduta.
Fil-Qorti n-nisa qalu li jixtiequ jitilqu minn Malta.
Intant, fis-sentenza tagħha l-Maġistrat ikkunsidrat li ż-żewġ nisa għandhom fedina penali Maltija nadifa, li kkoperaw mal-Pulizija u li ammettew l-akkużi fi stadju bikri. Kien għalhekk li tathom senteza sospiża u multa ta’ ħamsin ewro.