Sentenzi għal persuni li jwettqu attakki bl-aċtu fl-Ingilterra u Wales jistgħu jiżdiedu bħala parti minn reviżjoni fil-liġi wara żieda fl-inċidenza ta’ attakki bħal dawn.
Il-ministri qegħdin jaffaċċjaw appelli biex jagħmlu liġijiet aktar ħarxa partikolarment fejn jidħol il-bejgħ u l-pussess tal-aċtu.
Dan wara l-ħames attakki li saru f’lejl wieħed biss f’Londra nhar il-Ħamis li għadda.
Intant, il-membri parlamentari mistennija jiddiskutu din il-kwistjoni nhar it-Tnejn li ġej.