Is-sentenza ta’ sentejn ħabs li ngħata sid ta’ crane li nstab ħati li minħabba negliġenza kkawża l-mewt ta’ sewwieq, naqset bin-nofs fl-appell, wara li l-Qorti sabet li l-vittma ikkontribwixxa għall-inċident b’ negliġenza min-naħa tiegħu wkoll.
Il-vittma, Sammy Spiteri tilef ħajtu meta ħabat mal-istruttura tal-crane fl-2007 fir-Rabat, Għawdex, u bil-ħabta waqa’ l-crane għal fuqu. Minkejja li mir-rapport tossikoloġiku kien irriżulta li l-vittma kien qed isuq f’ sakra kbira u taħt l-effett tal-ecstasy, Baskal Saliba, ta’ 54 sena- is-sid tal-crane kien weħel sentejn ħabs.
Il-Prim Imħallef, fl-Appell osserva kif minkejja li Saliba kellu tort għaliex il-crane ittella’ f’ pożizzjoni perikoluża u mingħajr permess, il-vittma ikkontribwixxa għall-mewt tiegħu u għalhekk niżżel il-piena għal sena ħabs.