Ronnie Farrugia ta’ 65 sena minn Bormla, li f’Novembru li għadda weħel tliet snin ħabs wara li nstab ħati li ħa u xerred materjal pornografiku tat-tfal, kellu s-sentenza tiegħu mnaqqsa drastikament fl-appell.
Il-Qorti tal-Appell, ippreseduta mill-Imħallef Neville Camilleri, laqgħet l-argumenti ta’ Farrugia, u tenniet li l-ewwel Qorti kienet ħarxa. U dan minħabba li hu dejjem kellu l-fedina penali nadifa.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fis-sentenza tagħha, il-Qorti tal-Appell biddlet is-sentenza oriġinali għal sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin.