Għaxart’ijiem wara li ngħata sentenza ta’ sentejn ħabs f’każ ta’ frodi, Duncan Buttigieg – ta’ 31 sena minn Ħal Għaxaq, ,ingħata sentenza oħra ta’ sitt snin ħabs. B’kollox Buttigieg diġa qed jiskonta sentenza ta’ tnax –il sena ħabs.
Din id-darba Buttigieg ammetta li ffalsifika firma fuq ċekk misruq biex xtara arloġġ lussuż, u wara saħansitra rnexxielu jbiegħu onlajn. Huwa ammetta wkoll akkużi fil-konfront tiegħu f’każ ieħor, fejn iffroda persuna wara li tatu amont ta’ flus bħala depożitu biex iġibielha karozza mill-Ġappun – liema karozza baqgħet qatt ma waslet.
Fi tfittxija f’daru nstabu wkoll ċertifikati tal-eżamijiet foloz li juru li kien kwalifikat, flimkien ma’ ċertifikat falz ieħor taparsi maħruġ mill-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin.
Il-Qorti rrimarkat li għalkemm l-akkużat ammetta l-akkużi fi stadju bikri tal-kawża, xorta ma tgħallimx mid-diversi opportunitajiet li ngħata fil-passat, u baqa’ miexi fit-triq tal-kriminalità.