Il-Qorti Suprema ta’ Chile ddeċidiet li tnaqqas sentenza ta’ priġunerija ta’ raġel li nstab ħati li qala’ għajnejn tas-sieħba tiegħu f’każ li kien ħalla lil bosta xxukjati.
Mauricio Ortega kellu s-sentenza priġunerija mnaqqsa minn 26 sena għal 18-il sena.
Il-Qorti bbaża din id-deċiżjoni fuq il-fatt li hu ma kellux l-intenzjoni li joqtol lil Nabila Rifo meta attakkaha.
Hu kien ta xeba lil Rifo sakemm intilfet minn sensiha. Wara qalalha għajnejha minn posthom u abbandunaha f’nofs tat-triq, fejn sofriet minn ipotermja.
Din id-deċiżjoni ħolqot furur bi protesti barra l-Qorti lbieraħ fejn l-istorja spiċċat fost l-aktar segwiti fuq il-midja soċjali ta’ Chile.
Il-Ministru għad-Drittijiet tan-Nisa u Ugwaljanza bejn is-Sessi, Claudia Pascual, sostniet li għalkemm hi tirrispetta d-deċiżjoni tal-Qorti, hi ma taqbilx ma dak li ġie deċiż.