Żewġt irġiel ntbgħatu l-ħabs wara li ammettew li serqu żewġ turisti fir-Rabat.
Andrei Nistor ta’ 51 sena u Lucian Serban ta’ 38 sena, it-tnejn mir-Rumanija ġew akkużati li serqu ż-żewġ turisti fir-Rabat aktar kmieni dan ix-xahar. Nistor kien ukoll akkużat li huwa riċediv.
L-ispettur Godwin Scerri spjega li l-akkużati serqu mal-€200 flimkien ma’ cards tal-bank.
Madankollu filwaqt li l-akkużati permezz tal-avukati tagħhom ammettew għall-akkużi u nnutaw l-ammissjoni bikrija u li se jkunu qed jirritornaw l-flus li serqu, il-Maġistrat Charmaine Galea sostniet li ħallelin ma jistgħux jevadu sentenza ta’ ħabs sempliċiment għax jirritornaw lura l-affarijiet li serqu.
B’hekk Serban ntbgħat 3 xhur ħabs filwaqt li Nistor, minħabba li huwa riċediv, ngħata sentenza ta’ sitt xhur ħabs.