Raġel t’34 sena mill-Kalkara li riċentament ntbagħat sena ħabs wara li ammetta akkużi ta’ serq, kellu s-sentenza ta’ ħabs estiża b’aktar minn sena oħra wara li nstab ħati ta’ iżjed serqiet. Kollha f’lejl wieħed.
Ġimgħatejn ilu Allan Grima ammetta li fil-lejl ta’ bejn il-ħdax u t-tnax ta’ Frar, wettaq sitt serqiet biex ikollu biżżejjed flus biex jixtri d-droga.
Il-Ġimgħa ammetta li wettaq żewġ serqiet oħra fl-istess lejl, u ta’ dan is-sentenza ta’ ħabs twalitlu b’sittax –il xahar.
Kompliċi miegħu kien hemm Libjan ta’ ħamsa u għoxrin sena, li kien diġà tpoġġa’ fuq probation f’Novembru li għadda, u li issa din l-istess probation ġiet estiża għal erba’ snin.