Żagħżugħ ta’ 16-il sena ngħata sentenza ta’ 3 snin probation wara li tressaq il-Qorti mixli b’akkużi ta’ vjolenza domestika fuq ommu.
Iż-żagħżugħ, li jaħdem bħala receptionist u li huwa minn Birkirkara, se jkun qiegħed jinżamm fil-Faċilità tal-Yours fl-Imtaħleb, filwaqt li ġie ordnat ukoll isegwi programm biex jittratta r-rabja li għandu.
Fil-Qorti ntqal li ż-żagħżugħ ikkaġuna ġrieħi gravi fuq ommu, li kkważalha biża’ li se tintuża vjolenza kontriha, u li ħebb għaliha.
L-avukat Jose Herrera, li qed jidher għall-akkużat, stqarr li t-tifel għandu problemi ta’ kif jikkontrolla r-rabja u li għandu bżonn ħafna għajnuna, filwaqt li talab sabiex qabel il-Qorti taqta’ s-sentenza jsir social enquiry report.
Il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Astrid May Grima, ordnat li sakemm isir is-social enquiry report l-akkużat għandu jinżamm fil-faċilità YOURS, biex jingħata għajnuna għall-problemi psikoloġiċi.