Koppja Belġjana tilfet l-appell kriminali li resqet dwar traffikar tad-droga.
Carine RoseMarijke Donckers u Johnny Jos Haest se jibdew jiskontaw dsatax-il sena ħabs kull wieħed wara li nstabu ħatja li f’April u f’Ġunju tas-sena l-oħra daħħlu l-kokaina u l-kannabis bil-ħsieb li jbiegħuha f’Malta.
Huma kienu ammettew l-akkużi miġjuba kontrihom iżda imbagħad fl-istadju tal-appell talbu li titnaqqas is-sentenza.
Fit-tieni okkażjoni li ġew Malta kienu nqabdu bi ftit aktar minn disa’ kilogrammi ta’ kokaina u kilogramma ta’ kannabis.
Kien sar magħruf li fl-ewwel okkażjoni tagħhom kienu daħlu ħames kilogrammi ta’ kokaina u kilogramma ta’ kannabis.
Apparti s-sentenza ta’ priġunerija huma weħlu ħamsa u tletin elf ewro multa.