Sena ħabs sospiża għal sentejn għal Michael Spiteri ta’ 32 sena minn Ħaż-Żabbar. Dan wara li fil-Qorti ammetta li seraq €60 u li kkawża ħsara f’pompa tal-petrol liema dannu jammonta għal €575.
Meta l-imputat ġie mistoqsi dwar jekk għandux il-vizzju tad-droga, l-imputat wieġeb li huwa m’għandux problema tad-droga u li fil-verita’ lanqas hu stess ma jaf għaliex għamel li għamel.
L-imputat li nstab ħati wkoll li huwa riċediv ingħata sentenza sospiża- bil-Maġistrat tal-Għassa Francesco Depasquale ordna li tinħareġ ordni ta’ trattament kif ukoll jitqiegħed taħt probation għal tlett snin. L-imputat ġie ordnat iħallas il-ħsara li għamel fi żmien sitt xhur.
Għall-imputat deher l-avukat tal-Għajnuna Legali Dr Noel Bartolo.