Żagħżugħ ta’ 24 sena li joqgħod Ħaż-Żabbar u s-sieħba tiegħu ta’ 20 sena li toqgħod Birkirkara, ingħataw sentenza sospiża wara li ammettew li weġġgħu ħafif lil omm iż-żagħżugħ.
Huma nstabu ħatja wkoll li kkawżaw biża li se tintuża vjolenza kontra omm l-akkużat, filwaqt liż-żagħżugħ waħdu nstab ħati wkoll li rrenda ruħu reċediv.
Il-prosekuzzjoni spjegatli l-aggressjoni seħħet fit-13 ta’ Awwissu li għadda ġewwa Ħaż-Żabbar.
Il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Marse-Ann Farrugia, ikkundannat lill-akkużat sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin u lis-sieħba tiegħu 18-il xahar priġunerija sospiżi għal erba’ snin.
Il-Qorti ħarġet ukoll fil-konfront tagħhom, ordni ta’ trażżin għal tliet snin u qiegħdet lill-akkużat taħt ordni ta’ superviżjoni għal tliet snin.