Noureddin Amer Elmohamadi, ta’ 38 sena mill-Libja, ingħata sentenza sospiża, bil-kundizzjoni li ma jwettaqx reat ieħor fi żmien sena, b’rabta ma’ xiri ta’ airpods misruqin.
Fil-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat, Charmaine Galea, l-imputat li m’għandux indirizz fiss, wieġeb ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.
Huwa qal li xtrahom mingħand raġel, b’ €20, iżda s’issa, ma jidhirx li kien involut fis-serqa li saret f’Birkirkara, fejn fosthom insterqu l-airpods.
Intqal kif dawn instabu meta s-sid intraċċahom mill-mobile u b’hekk għamel rapport lill-Pulizija.
Il-Prosekuzzjoni qalet li l-imputat ikkopera mal-Pulizija u ammetta.
Id-Difiża appellat għal sentenza minima, hekk kif il-fedina penali tiegħu hija netta.