Żewġ ġuvintur weħlu tmintax-il xahar ħabs sospiżi għall-erba’ snin wara li ammettew li xerrdu ritratt ta’ tfajla għarwiena.
Iż-żewġ ġuvintur li għandhom wieħed u għoxrin u l-ieħor għoxrin sena rispettivament wettqu dan l-att madwar tlett snin ilu meta kienu għadhom taħt l-eta’ u t-tfajla kienet ukoll taħt l-eta’.
Filfatt fil-Qorti intqal li t-tfajla kienet madwar sena iżgħar mill-ġuvintur.
Il-Maġistrat Francesco Depasquale fisser dan il-każ bħala wieħed serju u qal li s-soċjetà tal-lum intlaqtet minn allerġija għad-dixxiplina.
Filwaqt li kkunsidra li l-ġuvintur ammettew u biddlu ħajjithom, apparti s-sentenza sospiża, il-Maġistrat ordna liż-żewġ żgħażagħ iħallsu l-ispejjeż kollha marbuta mal-esperti tal-Qorti.