Isaac Ageyi Kumih ta’ 36 sena mill-Ghana resident Ħal Qormi ngħata sentenza ta’ sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin wara li ametta li weġa lil raġel ieħor mill-Ghana f’argument.Il-kaz ġara t-Tnejn filgħaxija f’Ħal Qormi meta nqala argument f’residenza. Bir-raġel ta’ 45 sena mill-Ghana weġġa’ serjament u sofra ġrieħi gravi wara li qala daqqiet b’oġġett bil-ponta u li jaqta’.
L-ispettur Roderick Agius qal lil Maġistrat Victor Axiak li l-vittma mar fl-Għassa ta’ Ħal Qormi mimli demm u talab għall-assistenza tal-Pulizija. Huwa ttieħed l-isptar Mater Dei.