Raġel ta’ 33 sena ntbagħat sena ħabs sospiżi għal erba’ snin wara li nstab ħati li kkaġuna feriti gravi fuq oħtu, f’darha stess.
Ir-raġel, li huwa mis-Siġġiewi allega li kienet oħtu li ħebbet għalih iżda fil-Qorti ma ressaq l-ebda evidenza sabiex isostni dawn l-allegazzjonijiet.
Il-Qorti qalet li hija tal-fehma li l-verżjoni tal-imputat mhijiex veritiera.
Mir-rapport li għamlet il-vittma dak in-nhar tal-każ jirriżulta li hi talbet għall-assistenza tal-Pulizija li immedjatament marru fir-residenza tagħha.
Il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Monica Vella ordnat sabiex tiġi pprovdutat sigurtà lill-vittma u rabtet lill-imputat b’garanzija ta’ €2,329 għal żmien 12-il xahar, kif ukoll ikkundannat lill-imputat sabiex iħallas l-ispejjeż ta’ tabib.