Muhammed Aslam Kallazhikundill Moideen ta’ 24 sena mill-Indja ġie kkundanat sitt xhur ħabs sospiżi għal sena wara li tressaq il-Qorti, akkużat li nhar it-28 ta’ Lulju biegħ jew ttraffika il-pjanta kannabis kollha jew biċċa minnha.
Huwa ġie arrestat fil-Marsa wara li nstab fil-pussess ta’ diversi joints tal-kannabis. Huwa tressaq il-Qorti mill-Ispettur Joseph Xerri filwaqt li għalih dehret l-Avukata Graziella Tanti mill-għajnuna legali.