Daniż ta’ 23 sena ngħata sentenza ta’ sitt xhur ħabs sospiżi għal sentejn wara li fil-Qorti ammetta li waqt li kien fis-sakra, mbotta u tefa’ ġuvni ieħor fuq bonnet ta’ karozza tat-tip Mercedes kif ukoll temmalu xi ikel.
Il-każ seħħ nhar jum l-ewwel tas-sena għall-ħabta tas-sitta ta’ filgħodu fi Triq Elija Zammit f’San Ġiljan. Apparti minn hekk huwa kien akkużat ukoll li pprova jaħrab mill-kustodja tal-pulizija waqt li kien arrestat fl-Għassa ta’ San Ġiljan.
Fil-Qorti, l-avukat Dr Marita Pace Dimech semmiet kif l-imputat ħarab mill-Għassa minħabba li kien fi stat ta’ paniku; u li llum il-ġurnata rrealizza bin-natura serja t’azzjonijitu. Żiedet tgħid li l-akkużat qatt ma xellef difrejh mal-ġustizzja u li huwa għandu impjieg fiss u jgħix Malta.
Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Matthew Spagnol. Apparti s-sentenza sospiża, il-Maġistrat tal-Għassa Dr Natasha Galea Sciberras immultat l-imputat €300 u fl-istess waqt ordnatlu jħallas l-ispejjeż tal-ħsara li wettaq.