Sirjan ta’ 26 sena ġie kundannat sena ħabs sospiża għal sentejn wara li ammetta li ta kenn lill-mara tiegħu wara li daħlet Malta b’mod illegali.
Fil-Qorti ntqal li dan sar b’b’rabta mal-iżbark ta’ immigranti f’Settembru li għadda f’Delimara.
Fl-iżbark diversi persuni kienu ġew arrestati wara li kienet daħlet dgħajsa b’mod illegali f’Malta.
Fuq talba tal-Prosekuzzjoni, il-Maġistrat Natasha Galea Sciberras ordnat li isem l-akkużat ma jissemmiex minħabba li għadhom għaddejjin l-investigazzjonijiet fuq dan il-każ.