Raġel ta’ 52 sena mill-Ħamrun ingħata sentenza sospiża wara li ta daqqa ta’ sikkina lis-sieħba tiegħu f’wiċċha, fir-residenza tagħhom fil-Ħamrun .
Il-Kaz seħħ f’Awissu tal-2008 meta l-akkuzat sab €50 nieqsa mill-kartiera tiegħu u akkuza lis-sieħba tiegħu li ħadithom hi. Kif eskala l-argument, il-mara ħarbet tiġri barra t-triq izda l-akkuzat irnexxielu jagħtiha daqqiet f’wiċċha. Kien l-akkużat stess li ħa lis-sieħba tiegħu l-isptar .
Fil-Qorti ntqal li meta sar dan il-każ, il-koppja kienu ilhom flimkien ħdax-il sena u kellhom tlett itfal. Fil-Qorti ntqal kif il-koppja kellhom relazzjoni mqanqla tant li għand il-Pulizija kien hemm diversi rapporti iżda l-mara dejjem ħafret lir-raġel.
B’kollox tressaq il-Qorti akkużat b’disa’ akkużi fosthom b’attentat ta’ qtil tas-sieħba tiegħu .
Ir-raġel ingħata sentejn ħabs sospiżi għal sentejn u multa ta’ €5,000.
Il-Maġistrat qalet li mhix se tibgħat lir-raġel il-ħabs biex tevita t-trauma fuq it-tfal tal-koppja.