Serb ingħata sentenza ta’ 15-il xahar ħabs sospiżi għal 3 snin wara li waqt li kien fis-sakkra spara arma tan-nar finta fil-Qawra.
Draskovic Micos magħruf ukoll bħala Mirka Horvat kien arrestat fit-28 ta’ Lulju f’San Pawl il-Baħar kmieni filgħodu.
Huwa tressaq il-Qorti akkużat li ġarr fuqu arma tan-nar mhux reġistrata, li għamel ħsara volontarja, li kien fis-sakkra f’post pubbliku u li kiser il-paċi pubbliku. Huwa ammetta għall-akkużżi kollha miġjuba kontrih.
Il-Prosekuzzjoni permezz tas-Supretendent Mario Haber spjegat kif dakinhar Micos spara lejn karozza pparkjata fuq il-post.
Wara li ħadet inkonsiderazzjoni li l-akkużat ammetta mal-ewwel, Il-Maġistrat Josette Demicoli kkundannatu 15-il xahar ħabs sospiżi għal 3 snin.