Francesco Melchiorre, taljan ta’ tletin sena ingħata sentenza sospiża wara li l-Ħadd li għadda seraq par nuċċali minn ħanut fl-ajruport ta’ Malta.
Il-pulizija infurmat lill-Qorti li l-uffiċjali identifikaw lill-akkużat minn filmati minn cameras tas-CCTV.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
L-Ispettur Abela ma kellu l-ebda sottomissjonijiet x’jagħmel dwar il-piena, u qal li se jħalli l-kwistjoni f’idejn il-Qorti.
Il-Maġistrat Grima, wara li sema’ s-sottomissjonijiet, ikkundanna lil Melchiorre għal sitt xhur ħabs sospiżi għal tliet snin.