Raġel ta’ tmienja u tletin sena mill-Ġorgja ngħata sentenza sospiza wara li nqabad jisraq minn fuq il-kameras tas-sigurta.
Ir-raġel li huwa residenti San Ġiljan, seraq basket ta’ tfajla li kienet bilqiegħda fuq ċint. Il-basket kien fih mobile, kartiera, karta tal-kreditu, liċenjza tas-sewqan u għoxrin ewro.
Il-Każ ġara ix-xahar li għadda.
Il-Maġistrat Consuelo Scerri Herrera sabet lil raġel ħati u ingħata sentenza sena ħabs sospiza għal sentejn.