Raġel ta’ 31 sena ġie ikkundannat sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin wara li ħdax-il sena ilu tajjar Sudaniż li kien għaddej b’rota. Fil-Qorti ntqal li fit-tmienja ta’ Diċembru tal-2006 għall-ħabta tal-17.40pm.
Eric Zammit kien qed isuq xurban fi Triq l-Avjazzjoni, il-Gudja, direzzjoni lejn Ħal Far. Ma’ Zammit kien hemm l-għarusa tiegħu u f’mument minnhom tajjar lis-Sudaniż li kien għaddej fuq rota mhux fuq karreġjata apposta u bla dawl.
Il-Qorti saħqet fuq l-importanza tal-ħajja imma għażlet li ma timponiex sentenza effettiva ta’ ħabs fuq dan il-qtil involontarju.